Illum Tibda L-UEFA Euro 2020 Fl-Olimpico F’Ruma

 Illum Tibda L-UEFA Euro 2020 Fl-Olimpico F’Ruma

Wara ħafna stennija illejla jibda xahar ta’ futbol bil-ftuħ tal-UEFA Euro 2020. Il-Kampjonat Ewropew kellu jsir is-sena li għaddiet iżda minħabba l-pandemija tal-Covid-19 kien ġie pospost għal din is-sena.

Il-Ftuħ illejla se jsir fl-istadium tal-Olimpico f’Ruma u l-ewwel partita ser tkun bejn it-Taljani u t-Turkija.

F’din il-fażi tal-Euro 2020 qed jieħdu sehem 24 pajjiż ewropew f’6 gruppi u minn dawn 16-il tim jgħaddi għall-fażi li jmiss. B’kollox ser ikun hemm 51 partita.

Kif kien pjanat, din is-sena l-Euro 2020 qed ikun organizzat f’diversi bliet madwar l-Ewropa u mhux f’pajjiż wieħed jew tnejn kif kien isir qabel. Naturalment minħabba l-pandemija, il-maġġorparti tal-istadiums se jkunu qed idaħlu inqas minn 50 fil-mija tal-kapaċita’ tas-soltu.

Qabel il-partita tal-lejla se jsir il-ftuħ uffiċjali tal-kampjonat u matul iċ-ċelebrazzjoni mistenni jieħu sehem Bocelli waqt li se jkun hemm ukoll 3D hologram show bil-parteċipazzjoni ta’ Bono li jkanta fil-kanzunetta uffiċjali tal-kampjonat kif ukoll ser ikun hemm spettaklu fl-ajru mill-Air Force Taljana.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com