Jaqla’ Ċamata Wara Li Propona Lit-Tfajla Bil-Kbir Fuq Il-Bajja Tar-Riviera Martinique

 Jaqla’ Ċamata Wara Li Propona Lit-Tfajla Bil-Kbir Fuq Il-Bajja Tar-Riviera Martinique

Ġuvni li ppropona lit-tfajla tiegħu b’mod pjuttost uniku fuq żona li tħares lejn il-bajja ta’ Riviera Martinique f’Għajn Tuffieħa ġie deskritt minn sit tal-midja soċjali bħala ‘l-għarus tas-sena’, iżda mhux kulħadd qabel.

L-attivista’ ambjentalista Cami Appelgren saħqet li din il-proposta għaż-żwieġ kienet waħda idjotika.

“Din hija żona tas-siġar protetta u dak li għamel dan ir-raġel huwa ta’ periklu ta’ nirien u reat kontra r-regolamenti tas-sit”, qalet fuq il-midja soċjali filwaqt li appellat lil ERA sabiex tieħu azzjoni.

Hija staqsiet, “u lin-nies fuq il-bajja – għaliex ma ċempiltux lill-pulizija? Din hija żona protetta. Fil-filmat jidhru wkoll xi nies jiġru lejn dak li jidher bħal nar żgħir”.

X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan? Ikkumenta fuq il-post ta’ Facebook.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com