L-Aħħar Telefonata Li Kellu Ma’ Bintu Naya Rivera

 L-Aħħar Telefonata Li Kellu Ma’ Bintu Naya Rivera

Missier Naya Rivera, b’għafsa ta’ qalb jirrakkonta l-aħħar telefonata li kellu ma’ bintu qabel l-aċċident li swielha ħajjitha. Naya Rivera għerqet wara li niżlet tgħum waqt li kienet fuq eskursjoni fuq il-baħar ma’ binha Josey, f’Lulju li għadha.

Il-missier jistqarr li dan il-mument jibqa’ stampat f’moħħu għal dejjem, hekk kif fit-8 ta’ Lulju tas-sena l-oħra, bintu u n-neputi kienu fuq dgħajsa f’Lake Piru f’Southern California u Naya Rivera ċemplet lil missierha permezz ta’ Face Time sabiex issaqsih jekk huwiex sigur li tinżel tgħum. Il-missier jistqarr li seta’ jara r-riħ qed jonfoħ u b’hekk baqa’ jisħaq sabiex ma jinżlux minn fuq id-dgħajsa.

Hekk kif it-telefonata inqatat malajr il-missier ħass sensazzjoni kerha. Sfortunatement, dan li ħass kien minnu hekk kif, iktar tard din il-ġurnata, it-tifel ta’ Naya Rivera nstab waħdu fuq id-dgħajsa iżda ommu ma dehret imkien. Wara ħamest ijiem il-ġisem tagħha instab f’wiċċ Lake Piru u r-riżultat tal-awtopsja ddikjara li hija mietet kawża t’għarqa b’mod aċċidentali. 

Il-missier jistqarr li l-uġigħ tat-telfa hu kbir wisq; jħoss in-nuqqas tagħha kuljum!

Naya Rivera tibqa’ mfakkra bħala stilla tas-serje popolari Glee, iżda fuq kollox tibqa’ deskritta minn dawk qrib tagħha bħala omm eżemplari.

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com