L-Ewwel Omiċidjul Tas-Sena: Raġel Jinqatel B’Daqqiet Ta’ Sikkina Fil-Marsa

 L-Ewwel Omiċidjul Tas-Sena: Raġel Jinqatel B’Daqqiet Ta’ Sikkina Fil-Marsa

Il-Ħamis filgħaxija argument bejn żewġt irġiel fil-Marsa wassal għall-ewwel qtil tas-sena. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-22:00 fi Triq il-Ġerrejja.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li beda jagħti CPR lill-vittma madankollu r-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-minuti wara li twassal l-Isptar Mater Dei.

Ir-raġel inqatel permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina. Xhieda li raw il-każ allegatament identifikaw lill-aggressur u mmedjatament bdiet tfittxija mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.

Fuq il-post waslu wkoll l-investigaturi mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u tal-Omiċidji mmexxija mill-Assistent Kummissarju Sandro Gatt u s-Supretendent Keith Arnaud fejn bdew l-investigazzjonijiet tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com