Mijiet Involuti Fil-Kummerċ Tad-Droga Arrestati

 Mijiet Involuti Fil-Kummerċ Tad-Droga Arrestati

Mijiet ta’ persuni nvoluti fil-kummerċ tad-droga ġew arrestati f’operazzjoni delikata. Il-Pulizija Awstraljana flimkien mal-FBI irnexxielhom jimmanuvraw l-app AnOm li kienet qed tintuża bejn il-kriminali nfushom biex jiċċirkolaw l-attività kriminali bejniethom.

Il-persuni nvoluti għandhom konnessjonijiet fl-Awstralja, l-Asja, l-Amerika t’Isfel kif ukoll fil-Lvant Nofsani. Il-pulizija kif daħlu fl-app, irnexxielhom jaqra ħafna messaġġi dwar qtil, pjanijiet u bosta attivitajiet kriminali oħra.

Il-pulizija Astraljana qalet li l-FBI u anke l-Europol ser  jippreżentaw l-informazzjoni kollha li rnexxielhom jakkwistaw dwar dawn l-attivitajiet illegali u kriminali.

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com