Nightbirde Tgħallimna – Minkejja 2% Ċans Ta’ Ħajja

 Nightbirde Tgħallimna – Minkejja 2% Ċans Ta’ Ħajja

Jisimha Jane Marczewski. Għandha 30 sena u hija minn Ohio. Fil-programm popolari America’s Got Talent, bl-istage name ta’ Nightbirde, Jane rnexxielha tmiss il-qlub u tgħaddi messaġġ ta’ tama lill-miljuni ta’ telespettaturi li jsegwu dan l-ispettaklu.

Bil-kanzunetta ‘It’s ok’, Jane spjegat li din il-kanzunetta tirrifletti ħajjitha fejn f’dawn l-aħħar snin ma kinitx baqgħet taħdem biex tiġġieled il-marda tal-kanċer. Fl-aħħar viżta għand il-professjonisti mediċi, saħqet li qalulha li għandha kanċer fil-pulmun, fl-ispina u fil-fwied.

Meta l-ġurija stgħaġbu bil-kuraġġ, hija wieġbet “It’s ok”.

Rari tara lil Simon Cowell bid-dmugħ f’għajnejh tant li ta l-akbar sorpriża li ma kinitx qed tistenna; il-Golden buzzer.

Iżda iżjed minn hekk, hi tat ħafna lil min raha, tagħlima li aħna niddeċiedu kif u meta nkunu kuntenti u li t-tama u l-kuraġġ huma r-rebħa fuq kull battalja f’ħajjitna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com