Rikonoxximent Mill-PM Lil Żewġ Żgħażagħ Maltin: Destiny U Jake

 Rikonoxximent Mill-PM Lil Żewġ Żgħażagħ Maltin: Destiny U Jake

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lill-atleta professjonali tal-waterpolo Jake Muscat u l-kantanta Destiny Chukunyere b’rikonoxximent lejn is-suċċess li għamlu barra minn xtutna.

Jake Muscat li għandu 18-il sena, huwa l-ewwel Malti li lagħab fiċ-Champions League tal-Waterpolo. Ta’ 15-il sena, għamel l-ewwel dehra tiegħu mat-tim nazzjonali Malti.

Destiny Chukunyere rrappreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest f’Rotterdam, l-Olanda, u kklassifikat fis-seba’ post. Destiny kienet irrappreżentat ukoll lil Malta u rebħet b’rekord ta’ punti l-Junior Eurovision Song Contest li kien sar fil-Bulgarija.

Il-Prim Ministru Robert Abela awguralhom kull suċċess għall-futur tagħhom. Awguri lilkom minn Stradarjali.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com