Ta L-Ewwel Għajnuna Segwita Minn CPR, Ikkonsola Lil Mart Eriksen, Imbagħad Mexxa Lit-Tim Biex Jispiċċaw L-Logħba

 Ta L-Ewwel Għajnuna Segwita Minn CPR, Ikkonsola Lil Mart Eriksen, Imbagħad Mexxa Lit-Tim Biex Jispiċċaw L-Logħba

Diversi persuni madwar id-dinja bħalissa qed jesprimu r-rispett tagħhom lejn il-Captain tat-Tim Nazzjonali tal-futbol tad-Danimarka Simon Kajer.

Wara li Christian Eriksen ikkollassa fil-ground waqt il-logħba tal-Euro Cup li kienet qed tintlagħab ilbieraħ, Kajer, minkejja x-xokk, aġixxa bl-aħjar mod possibbli.

Malli seħħ l-inċident huwa kien pront biex jassigura li Eriksen ma jiblax ilsienu u tah l-ewwel għajnuna immedjata segwita minn CPR.

Huwa ħeġġeġ lil sħabu biex jiffurmaw ċirku protettiv madwar it-tim mediku, u kkonsola lil mart Eriksen, imbagħad mexxa lit-tim tiegħu lura fil-grawnd biex jispiċċaw l-logħba.

Bla dubju li huwa kaptan tal-bnazzi u anki tal-maltemp!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com