Telfa Għat-Tim Nazzjonali Tan-Nisa

 Telfa Għat-Tim Nazzjonali Tan-Nisa

It-tim Nazzjonali Malti tan-nisa llum kien fl-azzjoni fl-ewwel minn żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra l-Montenegro li ser jintlagħbu din il-ġimgħa fic-Centenary Stadium

Il-Montenegro marru fil-vantaġġ fit-tlettax il-minuta meta minn kross ta’ Armisa Kuc kienet l-plejer Sladjana Bulatovic li bir-ras xeħtet il-ballun fix-xibka.

Żewġ minuti wara u l-Montenegro kabbru l-iskor, meta l-plejer Sladjana Bulatovic provdit pass fit-tul li ħasad għal kollox lid-difiza Maltija, bil-ballun spiċċa għand Armisa Kuc li għelbet n-nasba tal-offside u b’xutt fil-baxx xeħtet l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Ma’ ftit aktar minn għoxrin minuta t-tim Nazzjonali Malti naqqas il-marġini tal-skor fejn wara tentattivi ta’ Rachel Cushcieri u Maria Farrugia l-ballun niżel għand Shona Zammit li b’xutt mill-isbaħ minn barra il-kaxxa tefgħet il-ballun fin-naħa ta’ fuq tax-xibka.

Matul it-tieni taqsima t-tim malti seta faċilment ġab id-draw u anke mar fil-vantaġġ madakollu l-skor sat-tmiem ma nbiddilx.

It-tim Malti issa jerġa jkun fl-azzjoni nhar l-Ħadd li ġej f’partita oħra ta’ ħbiberija kontra l-Montenegro.

 

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com