Tmut Minuti Qabel Iż-Żwieġ U Minflok Jiżżewweġ Lil Oħtha

 Tmut Minuti Qabel Iż-Żwieġ U Minflok Jiżżewweġ Lil Oħtha

Ftit minuti biss qabel kien ser iseħħ ir-rit taż-żwieg bejn mara Indjana bl-isem ta’ Surabhi u dak li kellu jkun żewġha Mangesh Kumar, il-mara ġarrbet attakk tal-qalb u ftit wara mietet.

Wara li t-tobba ċċertifikawha mejta, l-qraba taż-żewġ għarajjes qablu li Mangesh għandu jiżżewweġ lil oħt Surabhi ż-żgħira bl-isem ta’ Nisha.

Fl-Indja madwar 90 fil-mija taż-żwiġijiet jigu rranġati u miftehma minn qabel.

Ħu l-aħwa bniet Saurabh, stqarr li qatt f’hajtu ma hass daqshekk taħlita t’emozzjonijiet f’daqqa. “Meta wieħed iqis li f’kamra qed isir iż-żwieġ t’oħti ż-żgħira u f’kamra oħra hemm il-ġisem mitluq, bla ħajja t’oħti oħra, hija sitwazzjoni verament ta’ dieqa” qal Saurabh.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com