Bosta Supermarkets Fl-Ingilterra B’Xkafef Vojta

 Bosta Supermarkets Fl-Ingilterra B’Xkafef Vojta

L-effetti ta’ Brexit u l-pandemija tal-Covid-19 huma il-fatturi li bosta supermarkets qed jispiċċaw b’xkafef vojta.

Waħda mill-problemi ewlenin hija li m’hemmx biżżejjed sewwieqa ta’ trakkijiet. Huwa stmat li r-Renju Unit għandu bżonn mal-100,000 sewwieq tat-trakkijiet oħra.

Il-problema ġiet minħabba nuqqas ta’ sewwieqa li jistgħu jaħdmu, minħabba li sewwieqa ġodda mill-pajjiżi Ewropej ma jistgħux jibqgħu jaħdmu fir-Renju Unit faċilment bħal qabel.

Hemm ukoll il-fattur li waqt il-lockdown fl-Ingilterra bosta ħaddiema waqfu u ma komplewx jaħdmu dak ix-xogħol, apparti li t-tagħlim ta’ sewwieqa ġodda kellu jieqaf ukoll.

L-Ingilterra qed tiffaċċja ukoll rata għolja ta’ każijiet kuljum fejn bosta nies qed ikollhom jibqu d-dar f’iżolament minħabba li jkunu qrib każ pożittiv. Dan qed iħalli diversi setturi mingħajr ħaddiema jew bi problemi kbar biex joperaw.

Ritratt Prinċipali: Reuters

Ritratti Oħra: The Mirror

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor