Dari S-Sagristan Kien Joqgħod Għassa Mal-Katavri – Kontu Tafuha?

 Dari S-Sagristan Kien Joqgħod Għassa Mal-Katavri – Kontu Tafuha?

John Magro, fotografu u riċerkatur min-Naxxar spiss itella’ kitbiet fuq il-facebook tiegħu b’tagħrif storiku u interessanti.

Illum kiteb dwar id-dfin fil-Knisja li sal-1928 kien għadu permessibbli. Tenna li kien hemm ligi tas-sanità li meta jmut xi ħadd kellhom jgħaddu 24 siegħa biex setgħet issir id-difna.

Min kien imut id-dar kien jew jitħalla f’daru jew jittieħed fil-Knisja, sakemm jgħaddi l-ħin u s- sagristan kellu joqgħod għassa mal-katavru.

“Mhux l-ewwel darba li f’dan il-perjodu is-sagristan kien jinħasad minħabba rilaxx ta’ gassijiet li jkunu ġol-ġisem ta’ dak li jkun miet”, kiteb Magro.

Sostna li l-ħajja tas-Sagristan ma’ kienitx ħajja faċli.

Ritratt: Atlas Obscura/ Steve Bonello
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com