Fil-Ġermanja 2 Mejta Wara Splużjoni Kbira F’Kumpless Industrijali

 Fil-Ġermanja 2 Mejta Wara Splużjoni Kbira F’Kumpless Industrijali

Żewġ persuni mietu u ħames persuni oħra għadhom neqsin wara splużjoni f’kumpless kimiku fil-belt Ġermaniża ta’ Leverkusen.

Jidher minn rapporti li aktar minn tletin persuna weġġgħu fil-blast, fosthom tlieta b’mod serjament.

L-isplużjoni seħħet għall-ħabta tad-9:30am tal-bieraħ f’impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart f’Leverkusen, belt fir-reġjun tat-Tramuntana tar-Rhine-Westphalia. Il-kawża tal-isplużjoni tibqa’ mhux ċara.

“Ħsibijieti jmorru mal-feruti u l-qraba tagħhom. It-tfittxija għan-neqsin għadha għaddejja b’ritmu mgħaġġel. Sfortunatament, it-tama li jinstabu ħajjin issa qed tisfuma fix-xejn” qal wieħed mill-maniġers tal-impjant Lars Friedrich.

Bosta resident fir-reġjun ġew mitluba biex iżommu t-twieqi magħluqa minħabba il-kimiċi li kien hemm fl-arja wara l-isplużjoni. It-toroq tal-madwar ġew magħluqa kollha.

Ritratti: Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com