Fl-Aħħar Waslet Il-Ġurnata Tant Mistennija Għal Gabriel Magħruf Bħala ‘Sunshine for Gabriel’

 Fl-Aħħar Waslet Il-Ġurnata Tant Mistennija Għal Gabriel Magħruf Bħala ‘Sunshine for Gabriel’

Ilbieraħ 20 ta’ Lulju, 2021, Gabriel kellu l-benefiċċu li jsirlu intervent li jissejjaħ ‘Selective Dorsal Rhizothomy’. Dan l-intervent bażikament jgħin lil min hu milqut bil-kundizzjoni ta’ Cerebral Palsy propju biex jinħeles mill-għebusija fil- muskoli u n-nervituri.

Barra minn hekk l-uġieħ ikkawzatt mill-għebusija ser jitlaq ukoll!

Ommu qaltilna li Gabriel miexi f’dan il-vjaġġ bl-għajnuna wkoll tal-pubbliku li għen u apparti bil-flus, ħareġ qalbu wkoll magħhom biex propju jwettaq l-għanijiet tiegħu u jkollu kwalità ta’ ħajja aħjar.

Marcelle, saħqet magħna u ħeġġet biex jibnew pontijiet għal tfal Maltin oħra biex propju jibbenifikaw mill-istess trattamenti bħat-tifel tagħhom fejn saħqet li dan l-isptar (St. Louis Hospital Children’s Hospital fl-Amerka) li qegħdin fih, huwa sptar speċjalizzat għal propju hekk fejn isibu dak kollu li ser jkollhom bżonn.

“Aħna dejjem grati għat-talb, l-appoġġ u kull forma t’ għajnuna li rċevejna għat-tifel u ċerta li Gabriel ukoll qatt mhu ser jinsa kemm hu maħbub!”, temmet tgħid magħna Marcelle.

It-tim ta’ Stradarjali.com jixtieq l-irkupru mill-aktar fis lil Gabriel u aktar barka lejh.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com