F’Tuneż L-Armata Militari Tieħu F’Idejha Il-Kontroll Tal-Pandemija

 F’Tuneż L-Armata Militari Tieħu F’Idejha Il-Kontroll Tal-Pandemija

F’Tuneż il-President tal-pajjiż Kais Saied ħabbar li s-sitwazzjoni u l-kontroll tal-pandemija tal-Covid-19 ħa tgħaddi minn idejn il-Gvern għal idejn id-diviżjoni tas-saħħa tal-armata militari.

Il-President ħabbar dan wara żieda allarmanti fil-każijiet tal-Covid-19 f’dawn l-aħħar ġranet kif ukoll wara nuqqas ta’ qbil mal-Prim Ministru tal-pajjiż fejn jidher li tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni dan hekk kif ġie mħabbar li keċċa lill-Ministru tas-Saħħa Faouzi Mehdi.

Jidher li r-rata ta’ tilqim f’Tuneż kienet kalma ħafna fejn kawża ta’ hekk il-pajjiż issa qed jżid b’mod qawwi bil-każijiet tal-Covid-19.

Ritratt: Reuters

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor