“Gvern Ġdid Nazzjonalista Jġib Lura Lil Malta Fuq Il-Lista Bajda Fi Żmien 3 xhur” – Il-PN

 “Gvern Ġdid Nazzjonalista Jġib Lura Lil Malta Fuq Il-Lista Bajda Fi Żmien 3 xhur” – Il-PN

“Għaliex min kisser ma jistax jirranġa, u m’għandux rieda politika għall-interess nazzjonali, il-Gvern ta’ Robert Abela jrid li joħroġ lil Pajjiżna mill-lista l-griża tal-FATF tmintax il-xahar oħra.”

Dan intqal mill-Partit Nazzjonalista fi stqarrija fejn saħaq li l-PM Robert Abela “m’għandux fiduċja fil-Gvern tiegħu stess u għaliex irid jibqa’ jissuppervja jibqa’ ma jieħux azzjoni sabiex inaddaf ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna minkejja li jaf li kull ġurnata li qed nagħmlu fuq il-lista l-griża ser inpattuha b’nuqqas ta’ investiment barrani, investiment li tant ħdimna għalih bħala poplu sabiex bis-saħħa tiegħu pajjiżna kiber u kien l-għażla naturali ta’ ħafna. Bil-business as usual wasalna għall-grey listing u biex noħorġu minnha għandna bżonn politika differenti.”

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed tibqa’ ssostni li dan hu mument li jeħtieġ konsensus nazzjonali u terġa ssejjaħ sabiex jitwaqqaf Task Force Nazzjonali li tinvolvi esperti u politiċi sabiex twettaq it-tibdil meħtieġ, sabiex immedjatament il-Gvern jippubblika r-rapport dettaljat tal-FATF bl-action plan irakkomandat minnha u sabiex b’urġenza jitwaqqaf Kumitat Parlamentari sabiex janalizza s-sitwazzjoni u jipproponi triq ‘il quddiem.

L-istqarrija tkompli tgħid li Gvern ġdid Nazzjonalista immexxi minn Bernard Grech, iġib lura lil Malta fuq il-lista bajda fi żmien tliet xhur sabiex ma jintilfux opportunitajiet għal investiment u għal impjiegi li setgħu nħolqu hawn imma ser jinħolqu band’oħra.

Il-PN ikkonkluda jgħid li “lest li jagħti hu l-kredibilitá li għandu nieqes il-Partit Laburista u flimkien mal-poplu hemm barra, qegħdin nagħtu lill-Gvern ċans biex jinża mis-suppervja u l-arroganza u għal darba jaġixxi fl-interess nazzjonali.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com