Ħaddiema Tal-Bank HSBC Jisfidaw Lilhom Nfushom Għal Kawża Ġusta – Isellmu Lil Ramiro Mallia

 Ħaddiema Tal-Bank HSBC Jisfidaw Lilhom Nfushom Għal Kawża Ġusta – Isellmu Lil Ramiro Mallia

Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares ittella’ ritratt ta’ ħaddiema tal-HSBC fejn taw id-donazzjoni sabiħa ta’ €5,000 lil Puttinu Cares.

Dan wara li fix-xahar li għadda, membri tal-istaff tal-Bank HSBC Malta, sfidaw lilhom infushom individwalment f’attivitajiet sportivi bħal ċikliżmu, ġiri u mixi, u anke għawm b’distanzi tal-għażla tagħhom madwar Malta u Għawdex biex jiġbru fondi għall-Puttinu Cares b’tislima u rispett lejn persuni li tilfu l-battalji tagħhom u anke b’memorja ta’ Ramiro Mallia.

Intqal li l-membri fi ħdan l-HSBC ipparteċipaw flimkien ma’ ħbieb oħra u rnexxielhom jaqbżu l-għan li kellhom.

Prosit tassew.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com