Il-Fergħat Tal-BOV Tal-Imqabba U Tal-Balluta Magħluqin Temporanjament

 Il-Fergħat Tal-BOV Tal-Imqabba U Tal-Balluta Magħluqin Temporanjament

Il-Bank Of Valletta ħabret li mil-lum il-fergħat tal-Imqabba u tal-Balluta ser jkunu magħluqin b’mod temporanju.

Dan wara li mpjegati rriżultaw pożittiv għall-Covid-19.

Il-BOV qalu li “l-Fergħat se jigu diżinfettati u f’każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti għall-kontaġju, dawn jiġu infurmati mill-Awtorità tas-Saħħa bħala parti mill-protokoll tal-contact tracing.”

Il-BOV avvżaw lil klijenti sabiex qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-Fergħa tagħhom ġietx milquta u x’servizzi qed jiġu pprovdut fuq il-mezzi soċjali tal-BOV.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com