Il-Kap Tal-PN Jikteb Lill-PM Dwar Il-Konklużjonijiet Tal-Inkjesta Pubblika Ta’ Daphne Caruana Galizia

 Il-Kap Tal-PN Jikteb Lill-PM Dwar Il-Konklużjonijiet Tal-Inkjesta Pubblika Ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kiteb lill-Prim Ministru Robert Abela biex il-Gvern u l-Oppożizzjoni jaħdmu flimkien dwar il-konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-ittra qal li jixtieq li flimkien jieħdu azzjonijiet konkreti li jagħlqu darba għal dejjem dan il-kapitlu ikrah tal-istorja tal-Maltin.

L-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mistennija tiġi ppublikata fil-jiem li ġejjin.

Bernard Grech saħaq li l-prioritá ewlenija tiegħu hi dik it-tbatija kollha li għaddew minnha dawk kollha qrib Daphne Caruana Galizia ma tkunx inutli iżda jwasslu għall-bidla għall-aħjar fid-demokrazija ta’ Malta.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com