Il-Ministru Aaron Farrugia Lura Mill-iSlovenja Wara Diversi Laqgħat Dwar L-Ambjent U T-Tibdil Fil-Klima

 Il-Ministru Aaron Farrugia Lura Mill-iSlovenja Wara Diversi Laqgħat Dwar L-Ambjent U T-Tibdil Fil-Klima

Il-Ministru Għall-Ambjent, It-Tibdil Fil-Klima u L-Ippjanar Aaron Farrugia għadu kemm temm jumejn ta’ laqgħat fl-iSlovenja .

Dawn il-laqgħat informali kienu qed isiru bejn il-Ministri għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Matul dawn il-laqgħat ġew diskussi bosta suġġetti fosthom is-sistema tal-UE għall-iskambju tal-emissjonijiet; ir-regolamenti dwar l-użu tal-art; it-tisħiħ tal-effiċjenza enerġetika u s-sorsi rinnovabbli; it-tisħiħ tal-istandards tas-CO2 għall-vetturi u l-bijodiversità u pollinaturi.

“Inħares ‘il quddiem għal aktar kooperazzjoni mill-qrib għall-ġid ta’ pajjiżna u l-ambjent tagħna” temm jgħid il-Ministru Farrugia f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com