It-Tieni ‘August Moon Ball’ Waqt Pandemija – Jitħabbar Il-Ballu Tal-Qamar T’Awwissu

 It-Tieni ‘August Moon Ball’ Waqt Pandemija – Jitħabbar Il-Ballu Tal-Qamar T’Awwissu

Il-Ballu tal-Qamar t’Awwissu se jsir fil-21 t’Awwissu li ġej, lejlet qamar kwinta. Dan ser ikun it-tieni ballu waqt pandemija li tħabbar illum waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Marquis Daniel De Petri Testaferrata, Chariman organizzattiv tenna li ser jittieħdu l-miżuri kollha biex tkun issalvagwardjata s-saħħa tal-pubbliku fejn l-ilbies tal-maskri ser jingħata prijorità u mwejjed b’sitt persuni ser ikunu organizzati.

Il-President ta’ Malta, George Vella tenna li għalkemm hawn il-pandemija, il-Malta Community Chest Fund xorta għandha bżonn donazzjonijiet fuq bażi regolari. Semma wkoll li għall-benefiċċju tas-saħħa mentali tal-poplu hemm bżonn li ħajjitna jkollha ħjiel ta’ normalità.

Fil-ħamsinijiet, id-dawl tal-qamar kien jintuża biex jiddawwal il-Palazz Verdala mal-lejl.

Waħda mill-bidliet din is-sena hija fid-data, li ntgħażlet ftit aktar tard f’Awwissu mis-soltu bil-ħsieb li s-sitwazzjoni fejn tirrigwarda l-pandemija tilħaq titjieb, iżda kkonċidiet proprju ma’ lejlet il-qamar kwinta. Barra minn hekk, il-mużika waqt il-ballu, li matulu mhux se jkun hemm żfin, se tindaqq mill-baned tal-Forzi Armati ta’ Malta u tal-Korp tal-Pulizija.

Jekk tixtieq tmur dan l-avveniment, żuru s-sit augustmoonball.com u huwa importanti li jkollok ċertifikat tal-vaċċin jew test negattiv għall-COVID-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com