It-Triatleta Rudolph Agius Jeċċella Fiċ-Challenge Gdansk

 It-Triatleta Rudolph Agius Jeċċella Fiċ-Challenge Gdansk

It-triatleta ta’ Birkirkara St. Joseph Sports Club u ċ-Champion Nazzjonali Rudolph Agius wera is-saħħa tiegħu aktar kmieni dan ix-xahar, meta wara assenza twila minn tlielaq fuq distanza twila minħabba l-pandemija Covid-19 huwa kiseb post fuq il-podju fid-Challenge Gdansk fil-Polonja.

Il-kundizzjonijiet sħan fil-ġurnata ftit xekklu l-isforzi ta’ Agius biex jirreġistra riżultat tajjeb. Wara għawma ta’ 1.9km fil-baħar Baltiku u tlett dawriet ma korsa ta’
90km fuq ir-rota, Agius temm b’ġirja ta’21km li kienet tikkonsisti f’korsa ta’ terren mħallat. Minkejja li l-kundizzjonijiet tat-temp kienu sħan dakinhar, Agius kien ippreparat sew għal kundizzjonijiet bħal dawn.

Il-prestazzjoni ta’ Agius fil-Polonja, fejn irreġistra ħin ta’ 4 siegħat, 30 minuta u 55 sekonda, rah jikkwalifika għall-Kampjonati Challenge li se jsiru fis-Slovakkja fid-29 ta ’Awwissu.

It-triatleta ta’ Birkirkara St. Joseph Josef Bonavia ħa sehem ukoll fit-tellieqa, u spiċċa fil-ħames post fl-istess grupp ta’ età  f’ħin ta’4 sigħat 39 minuta u 2 sekondi.

Sadanittant, Birkirkara St. Joseph se jorganizza t-tieni tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series nhar il-Ħadd 18 ta ’Lulju fis-Salina.

 

Ritratt: Emvigee PR & Marketing

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com