Ix-Xhieda Li Nstemgħet Fil-Qorti Llum Tikkonferma Għal Darb’Ohra Kemm Għad Baqa’ Xi Jsir Biex Issir Ġustizzja” – Il-PN

 Ix-Xhieda Li Nstemgħet Fil-Qorti Llum Tikkonferma Għal Darb’Ohra Kemm Għad Baqa’ Xi Jsir Biex Issir Ġustizzja” – Il-PN

“Ix-xhieda li nstemgħet fil-Qorti llum tikkonferma għal darb’ohra kemm għad baqa’ xi jsir biex issir ġustizzja u kull min kien involut fil-korruzzjoni tal-power station tal-Electrogas jitressaq il-qorti akkużat bir-reati kriminali.” Hekk qal il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u ċ-Ċittadinanza Beppe Fenech Adami fi stqarrija li ħareġ wara li llum tkompla il-każ fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Beppe Fenech Adami qal li l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa għandu f’idejh fatti li jikkonfermaw dak li issa ilu magħruf min kulħadd: “Daphne Caruana Galizia nqatlet għax kienet taf wisq fuq is-serq u l-korruzjoni tal-klikka madwar Joseph Muscat.”

“Quddiem dan kollu l-Kummissarju Angelo Gafa għandu r-responsabiltà fuq spallejh li jitressqu mingħajr aktar tkaxkir tas-saqajn dawk kollha involuti fl-iskandlu u s-serq tal-miljuni fil-proġett tal-Electrogas” kompla jisħaq il-PN.

Beppe Fenech Adami temm jgħid li l-oppożizzjoni issa stenniet biżżejjed u li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jaġixxi. “Jekk ma jagħmilx hekk ikun qed jikkundanna lilu nnifsu bħala kummissarju bħal dak ta qablu – li ħares u pproteġa l-interessi tal-ftit fuq l-interessi tal-ġustizzja u s-sewwa” ikkonkluda Fenech Adami.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com