Iżur Ir-‘Rainbow Ward’ Ta’ Kuljum Dejjem Bi Tbissima

 Iżur Ir-‘Rainbow Ward’ Ta’ Kuljum Dejjem Bi Tbissima

Jekk xi darba jew oħra kellkhom ix-xorti tiltaqgħu ma’ Fr. Mario Attard Ofmcap , żgur li se taqblu magħna; huwa ġentlom u saċerdot speċjali.

It-tbissima tiegħu, il-pożittività u l-imħabba lejn il-proxxmu, jixhdu sens kbir ta’ fidi fih u mħabba.

Puttinu Cares irringrazzjawh pubblikament fuq il-midja soċjali tagħhom għall-mod kif b’dedikazzjoni kbira, iżur ir-Rainbow Ward u jgħid ir-Rużarju Imqaddes flimkien mat-tfal u l-ġenituri.

“Grazzi tat-tberik u tat-tbissima. Berikna”, kitbulu fuq facebook.

Prosit Fr. Mario u grazzi tal-ġid li tagħmel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com