Kampjonat Beach Soccer – AFM Rebbieħa Tal-Ewwel Edizzjoni

 Kampjonat Beach Soccer – AFM Rebbieħa Tal-Ewwel Edizzjoni

L-AFM rebħu l-ewwel edizzjoni tan-Nestle Ice-cream Beach Soccer League meta fil-finali lbieraħ huma għelbu lil Birżebbuga Tigers bl-skor ta’ 5-2.

Il-Kampjonat Nazzjonali kien ilu għaddej xahar bil-qofol jintlaħaq ilbieraħ fil-bajja s-sabiħa Birżebbuġa. Prestazzjoni u partita bilanċjata bl-ewwel sessjoni tagħlaq 1-0 vantaġġ għal Birżebbuġa permezz ta’ Ayoub Ahmad li kien l-istess player li rebaħ l-unur tal-best player tal-kampjonat.

It-tieni sessjoni għalqet f’parita ta’ 1-1, gowl li ġie skurjat għal AFM minn Luca Mallia. L-aħħar sessjoni t-tim ta’ l-AFM ħarġu b’sahhithom meta skurjaw erbgħa permezz ta’ Dylan Caruana, Jesus Camilleri, Lee-Joe Schembri u Mark Camilleri b’risposta u dopjetta personali fil-partita ta’ Ayoub Ahmad.

Top scorer tal-kampjonat spiċċa Lydon Micallef AFM b’24 gowl bil-best gowl keeper jispiċċa AFM ukoll Ryan Camilleri. Fil-kategorija U15 –il sena B’kara għelbu lil Qormi bl-iscore ta’ 5-0 u rebħu dan il-kampjonat fil-kategorija tagħhom. Illum f’Pretty Bay Birżebbuġa tkompla il-kampjonat taħt is-17 il-sena .

Il-preżentazzjoni tat-tazzi lbieraħ saret mill-president tal-Malta Beach Soccer Pio Vassallo , il-President tal- Malta Football Association – 1900 Bjorn Vassallo kif ukoll mistiedna għal din il-finali Ministru għal-inkużjoni u l-kwalita tal-ħajja Julia Farrugia Portelli.

Ritratt – Malta Beach Soccer

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com