Miġbura €729,275 Għat-Tfal Fil-Bżonn

 Miġbura €729,275 Għat-Tfal Fil-Bżonn

Matul il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd li għadda ittellgħet il-Maratona Oħloq Tbissima.

F’din il-maratona jinġabru donazzjonijiet għas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fejn jgħinu bosta tfal u familji fil-bżonn f’Malta kif ukoll fil-Perù, l-Pakistan u l-Filippini fejn hemm missjunarju Maltin li huma involuti f’bosta proġetti u missjonijiet sabiex jagħtu dinjità lit-tfal li jgħixu fil-faqar u m’għandhomx l-affarijiet bażiċi biex jgħixu.

Matul dawn it-tlett t’ijiem ħadu sehem bosta kantanti u preżentaturi fejn bis-saħħa ta’ sforz kollettiv mill-poplu Malti inġabru €729,275.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com