“No Valletta No Party” – L-Isem Tal-Whatsapp Group Bejn Silvio Valletta U Yorgen Fenech

 “No Valletta No Party” – L-Isem Tal-Whatsapp Group Bejn Silvio Valletta U Yorgen Fenech

Illum kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech akkużat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Bix-xhud ewlieni jkun Matthew Caruana Galizia, iben il-vittma. Matthew qal li bħalissa huwa qed iservi bħala direttur tal-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia u qabel kien jaħdem fil-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi.

F’awla ppakkjata bin-nies  Matthew qal li lura fl-2015 ommu kienet qed tinvestiga fost l-oħrajn lil l-Electrogas kif ukoll li xi ġurnalisti oħra li kien jaħdem magħhom hu dak iż-żmien kienu qed jinvestigaw lis-SOCAR. Għalhekk spjega li hu u ommu kienu qed jaħdmu viċin xulxin fuq din l-investigazzjoni. Kellhom ħafna informazzjoni iżda peress li kienet waslet l-elezzjoni tal-2017 ma kienux ippublikaw kollox biex din l-investigazzjoni ma’ “tintilifx fil-kaos ta’ qabel l-elezzjoni.”

Matthew Caruana Galizia qal li ma ommu ma kienx jitkellem b’mod elettroniku fuq dawn is-suġġetti, kien jiġi Malta spiss biex jitkellmu fuq informazzjoni ġdida li kien jkollhom.

Waqt ix-xhieda tiegħu ħareġ ukoll li Silvio Valletta kellu Whatsapp group ma’ Yorgen Fenech bl’isem ta’ “No Valletta No Party”.

Matthew qal li kien iddiskuta l-irwol ta’ Silvio Valletta fl-FIAU ma’ ommu u li dan kellu impatt fuq il-mod kif huma komplew bl-investigazzjoni tagħhom fuq l-Electrogas, li fi kliemu, Daphne Caruana Galizia mill-ewwel innutat li kien ftehim suspettuż.

Caruana Galizia jsemmi artiku li ommu kienet kitbet dwar Konrad Mizzi fit-22 ta’ Frar 2016, u sena wara semmiet il-kumpanija 17 Black, u kif din allegatament kienet qed tintuża biex jimxu l-flus marbuta mal-Electrogas. “L-movimenti tal-flus indikaw li l-kumpanija kienet ta’ wieħed minnhom” kienet qalet Daphne. Matthew kompla jgħid li “sa dak iż-żmien diġà konna identifikajna lil Yorgen Fenech bħala persuna ewlenija fl-investigazzjoni.” Kien f’dan iż-żmien li qal li bdew jinnotaw li Fenech kellu influwenza kbira.

Matthew Caruana Galizia qara fl-awla partijiet minn emails mibgħuta minn Yorgen Fenech lil martu fit-22 ta ’Awwissu, 2018, fejn jitkellem dwar l-istress li kellu u li kien imbeżża’. “17, dak kien stress wieħed sħiħ…Electrogas, kien żball wieħed enormi,” kien qal Fenech. Kien tkellem ukoll fuq pjan biex jiftaħ libell lil David Casa u Manuel Delia.

Matthew Caruana Galiza jgħid wara l-mewt t’ommu għamel ħiltu biex ikompli bl-investigazzjoni u baqa’ jitkellem mas-sorsi, fejn eventwalment ra l-evidenza li Fenech huwa s-sid ta’ 17Black.

Ix-xhieda ta’ Matthew Caruana Galizia damet kważi 4 siegħat apparti xhieda oħra kienu jinkludu, fost oħrajn, analista forensiku mill-Europol u negozjat li kien jikri l-karozzi lil Alfred Degiorgio.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com