Organizzat It-Tieni Rawnd Tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting

 Organizzat It-Tieni Rawnd Tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting

Nhar il-Ħadd 11 u l-Ħadd, 18 ta’ Lulju Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation organizzaw it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fil-Korsa La Reve f’Hal Far.

Ħamsa mis-sitt klassijiet saru nhar il-Ħadd 11 ta’ Lulju.

Il-klassi Entry-Level intrebħet minn Mason Barun segwit minn Ayrton Jon Tonna fit-tieni post u Zane Pace fit-tielet post.

Il-Klassi 60cc intrebħet minn Daniel Abela segwit minn Kyle Micallef fit-tieni post u Jacob Micallef fit-tielet post. L-iktar dawra veloċi f’din il-klassi saret minn Daniel Abela fuq il-Kart numru 49 f’44.369 sekonda, b’medja ta ‘veloċità ta’ 73.02 KPH.

Il-klassi Iame x30 intrebħet minn Kyle Mercieca segwit minn Duncan Micallef fit-tieni post u Ryan Borg fit-tielet post. L-iktar dawra veloċi f’din il-klassi saret minn Duncan Micallef fuq il-Kart numru 302 f’40.657 sekonda, b’veloċità medja ta’ 79.69 KPH.

Klassi Junior 125cc intrebħet minn Kieran Galea li kien segwit minn Kian Gauci. L-iktar dawra veloċi f’din il-klassi kienet dik ta’ Kieran Galea fuq il-Kart numru 272 f’41.620 sekonda, b’veloċità medja ta’ 77.85 KPH

Il-klassi Vortex Rok GP intrebħet minn Micah Scicluna segwit minn Jamie Mangion fit-tieni post u Trevor Muscat fit-tielet post. L-iktar dawra veloċi f’din il-klassi kienet dik ta’ Micah Scicluna fuq il-Kart numru 339 f’40.342 sekonda, b’veloċità medja ta’ 80.31 KPH

L-aħħar klassi tat-tieni rawnd saret il-Ħadd 18 ta’ Lulju. Din il-klassi ntrebħet minn Nicky Gauci segwit minn Owen Mangion fit-tieni post u Joseph Mifsud fit-tielet post.

 

Ritratt: Oliver Attard

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com