“Pruvajt Insalva Ħajjiet Kif Stajt… Anke Tfajla Prostitua Ħarrabt U Marret Lura Għand Familtha”

 “Pruvajt Insalva Ħajjiet Kif Stajt… Anke Tfajla Prostitua Ħarrabt U Marret Lura Għand Familtha”
L-Awtriċi brava Natasha Turner għaddiet messaġġ lil dawk li sfaw vittmi tal-bullying jew li għadhom għaddejjin minn dan it-turment biex jagħmlu kuraġġ u ma jaqtgħux qalbhom.
Qalet li hi kienet bullied meta kienet żgħira għaliex kienet ħoxna u kwieta. Għażlet li tistudja l-PSD u dawk li kienu ppruvaw ikissruha, illum jammirawha.
“Għażilt ukoll PSD biex niġġeled id-droga li għamiltu b’kull mezz li kelli, minn mindu kelli 19. Kont għadni ma naf xejn fuqha, dieħla l-Universita nistudja Psikoloġija, imma l-ħajja kienet laqqatni ma’ ħafna ‘heroin addicts’ u qatt ma stajt narahom jinqerdu u jieħdu doża biex jeħilsu mill-oppressjoni tas-soċjeta w allura ppruvajt insalva ħajjiet kif stajt, saħansitra dak iż-żmien, anki tfajla li spiċċat prostituta ħarrabt u marret lura għand familtha”, saħqet Turner fuq facebook.
Qalet li dawn li sawruha bħala għalliema u omm. Qalet ukoll li batiet u bkiet imma ma jiddispjaċihiex.
“Jiġifieri jekk intkom bullied, investu fil-ħajja tant għażiża u t-talenti tagħkom u bħali, użaw mill-imrar li għaddejtu sabiex tgħinu lill-oħrajn u tesprimu f’affarijiet artistiċi jew kull mezz ieħor li għandkom!” , temmet tgħid Natasha.
Awguri Natasha u ibqa’ kif int.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com