Raġel Jispiċċa L-Għassa Wara Li Prova Jħallas Multa Bil-Muniti Tal-1c

 Raġel Jispiċċa L-Għassa Wara Li Prova Jħallas Multa Bil-Muniti Tal-1c

Dalgħodu persuna marret il-Kunsill Lokali tan-Naxxar biex tħallas ċitazzjoni.

Jidher però li qabel mar iħallas dan ir-raġel tella’ post fuq il-mezzi soċjali fejn qali li sejjer il-Kunsill Lokali iħallas iċ-ċitazzjoni tiegħu b’muniti tal-1c għax fi kliemu “dan u l-mod kif iġiegħel lil ħaddiema tal-Kunsill jitkellmu ħażin”.

Dan jikkonfermah il-Kunsill Lokali tan-Naxxar fuq il-mezzi soċjali wara li dan ir-raġel mar biex iħallas iċ-ċitazzjoni. Jidher li din spiċċat ħażin hekk kif il-flus spiċċaw mxerdin u kellu jiġborhom wara r-raġel spiċċa l-għassa tal-pulizija.

Il-Kunsill appella għar-rispett lejn l-impjegati tal-Kunsill u fakkar kif dawk li jippruvaw idaħħku biex jeħlulhom il-ħin ikunu qed jaħlu ħin ta’ impjegati mħallsa mit-taxxi tal-poplu.

Taħseb li atteġġjament bħal dan għandu jkun aċċettat ?


Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor