Raġel Weġġa’ Gravi F’Inċident Waqt Li Kien Qed Jaħdem f’Ħal Qormi

 Raġel Weġġa’ Gravi F’Inċident Waqt Li Kien Qed Jaħdem f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 40 sena residenti ż-Żurrieq qabad idu ġo high-up waqt li kien qed jaħdem.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-1:45pm, fi Triq l-Għadam, Ħal Qormi.

Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com