Rekord Nazzjonali Għal Yazmin Zammit Stevens Hekk Kif Tagħmel Id-Debutt Olimpiku Tagħha

 Rekord Nazzjonali Għal Yazmin Zammit Stevens Hekk Kif Tagħmel Id-Debutt Olimpiku Tagħha

It-Tlieta 27 ta’Lulju, daħlu fl-azzjoni il-weightlifter Yazmin Zammit Stevens u l-għawwiem Andrew Chetcuti waqt l-Olimpjadi li qed isiru f’Tokyo.

Id-debutt ta ’Zammit Steven fil-forum internazzjonali ta’ Tokyo raha ssir l-ewwel weightlifter femminili Maltija li hadet sehem fl-Olimpjadi. Hija kkompetiet kontra atleti aktar esperjenzati, li wħud minnhom diġà għandhom esperjenza f’dawn il-logħob.

Zammit Stevens refat 84kg fis-snatch u 105kg fil-clean and jerk. L-aħħar riżultat raha twaqqaf rekord nazzjonali. Hija għalqet il-kompetizzjoni b’total ta ’189kg. Ir-rebbieħa tal-grupp Kiana Elliot kienet ukoll fl-ewwel dehra Olimpika tagħha għalkemm hija pparteċipat fil-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ tal-2014 li sar f’Nanjing.

Aktar tard fil-ġurnata ipparteċipa għat-tielet darba fl-Olimpjadi l-għawwiem Andrew Chetcuti meta ħa sehem fil-heats ta ’100m.

Chetcuti tellaq fit-tielet heat tal-avveniment u spiċċa t-tellieqa f’ħin ta ’51.47 sekondi, ftit iktar minn nofs sekonda il-boghod mir-rekord nazzjonali li huwa stess stabbilixxa f’Atlanta fl-2017. Il-ħin tiegħu rah jispiċċa fit-tieni post wara Mokhtar Al-Yamani , tal-Jemen, li marru fil-klassifika f’50.52 sekondi. L-għawwiem tal-Emirati Għarab Magħquda Yousouf Almatrooshi kklassifika fit-tielet post f’51.50 sekonda.

L-impenji ta’ Tim Malta jkomplu l-Ħamis f’nofsinhar, meta t-tiratur Eleanor Bezzina tikkompeti fil-25m Pistol (Precision) avveniment fl-Asaka Shooting Range.

 

Ritratt: MOC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com