Se Jikkalma R-Riħ U Terġa’ Tisħon It-Temperatura

 Se Jikkalma R-Riħ U Terġa’ Tisħon It-Temperatura
𝗚̇𝗜𝗠𝗚Ħ𝗔 𝗞𝗔𝗟𝗠𝗔
Analiżi:
Pressjoni baxxa fin-Nofsinhar tal-Italja responsabbli mir-riħ qawwi (li miet zoptu matul il-lejl li għadda) li resqet lejn il-Balkani filwaqt li ddgħajjfet, waqt li pressjoni aktar stabbli tibda tissaħħaħ fiċ-ċentru tal-Mediterran.
Dettalji:
It-temp se jkun kuljum xemxi u ċar bi ftit sħab possibbli f’xi ġranet, filwaqt li r-riħ se jikkalma u t-temperatura terġa’ togħla.
Ir-riħ se jkun ġeneralment kalm jew ħafif (sa Forza 4) fil-jiem kollha tal-ġimgħa, l-aktar minn direzzjonijiet tal-Punent (W).
It-temperatura massima se tiżdied b’medja ta’ 1°C kuljum bejn 30°C għada t-Tnejn 19/5 sa ~35°C nhar il-Ħadd 25/7. It-temperaturi minimi se jkunu fl-ambitu ta’ bejn 22°C u 24°C.
It-temperatura tal-baħar tinsab f’medja ta’ 26°C, li hi madwar 2°C aktar mill-medja staġjonali għall-aħħar ta’ Lulju.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com