S’Issa Ntefqu €16-il Miljun F’Vawċers

 S’Issa Ntefqu €16-il Miljun F’Vawċers

F’konferenza dalgħodu l-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri ħabbar li sa din il-ġimgħa ntefqu €16-il miljun f’valur ta’ vawċers.

Il-Ministru Schembri qal li ntużaw €6 miljuni f’vawċers digitali u b’€10 miljuni mill-vawċers li ġew ipprintjajti.

S’issa l-aktar vawċers li ġew użati huma dawk li jistgħu jintużaw fi stabbilimenti tal-ikel. Fil-fatt b’kollox ġew imsarrfa €9.2 miljun f’vawċers ħomor u €6.9 miljun f’vawċers blu.

B’kollox madwar Malta u Għawdex hawn 6,677 ħanut u stabbiliment li jaċċettaw il-vawċers. 4,092 jaċċettaw il-vawċers il-blu filwaqt li 2,585 jaċċettaw dawk ħomor.

Waqt l-konferenza l-Ministru Schembri tenna li sal-4 ta’ Lulju MaltaPost lestiet il-proċess kollu tat-tqassim tal-vawċers ipprintjati u min ma kienx id-dar tħallietlu nota biex imur jiġborhom mill-fergħa tal-MaltaPost. Sal-lum fadal 37,851 persuna li għadhom ma ġabrux il-vawċers.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com